|
18.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/43 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2023 – Nosio vs EUIPO – Terre di Venezia (VENTESSA)
(Kawża T-479/23)
(2023/C 329/61)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Nosio SpA (Mezzocorona, l-Italja) (rappreżentanti: J. Graffer, G. Locurto, u A. Ottolini, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Terre di Venezia Srl (Venezia, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “VENTESSA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 238 494
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 1457/2022-2
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |