9.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/39 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Mood Media Netherlands vs EUIPO – Tailoradio (RADIO MOOD In-store Radio, made easy)
(Kawża T-663/22)
(2023/C 7/47)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mood Media Netherlands BV (Naarden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A.-M. Pecoraro, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tailoradio Srl (Milan, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “RADIO MOOD In-store radio, made easy” bil-kuluri griż, oranġjo u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 150 708
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 1853/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |