23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/55


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2022 – Eggers & Franke vs EUIPO – E. & J. Gallo Winery (EF)

(Kawża T-183/22)

(2022/C 207/73)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eggers & Franke Holding GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Ebert-Weidenfeller u H. Förster, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: E. & J. Gallo Winery (Modesto, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni “EF” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17927 894

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2022 fil-Każ R 729/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u fil-każ ta’ intervent lill-intervenjent għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill