|
23.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/47 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2022 – 1906 Collins vs EUIPO – Peace United (bâoli BEACH)
(Kawża T-160/22)
(2022/C 207/62)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: 1906 Collins LLC (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Mateu, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peace United Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bâoli BEACH – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 552 333
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2022 fil-Każ R 223/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiddeċiedi li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea bâoli BEACH Nru 16 552 333 hija invalida abbażi tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2001; |
|
— |
tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Nru 16 552 333 sa mill-jum tal-applikazzjoni għaliha; |
|
— |
tikkundanna lill-kumpannija Peace United għar-rimbors tal-ispejjeż imġarrba minn 1906 COLLINS fil-kuntest ta’ din il-proċedura, inklużi l-ispejjeż iddikjarati mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u mill-Bord tal-Appell tal-EUIPO, konformement mal-Artikoli 134(1) u 190 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |