13.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 54/16 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
(Kawża C-769/22)
(2023/C 54/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, K. Talabér-Ritz, L. Malferrari, J. Tomkin, aġenti)
Konvenut: L-Ungerija
Talbiet
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
Tiddikjara li, billi adottat l-a pedofil bűnelkövetőkkel szembeni szigorúbb fellépésről, valamint a gyermekek védelme érdekében egyes törvények módosításáról szóló 2021. évi LXXIX. törvény (il-Liġi LXXIX tal-2021 li tadotta miżuri iktar stretti kontra persuni li nstabu ħatja ta’ pedofilija u li temenda ċerti liġijiet għall-protezzjoni tat-tfal), l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea bil-modi li ġejjin:
(1) |
|
(2) |
billi adottat il-leġiżlazzjoni ċċitata fl-ewwel paragrafu, l-Ungerija kisret l-Artikolu 2 TUE. |
(3) |
billi imponiet fuq il-korp li għandu aċċess dirett għad-data rreġistrata l-obbligu li jagħmel disponibbli, għal persuni li huma intitolati li jkollhom aċċess għaliha, id-data rreġistrata ta’ persuni li wettqu, kontra tfal, reati kontra l-libertà sesswali u l-moralità sesswali, l-Ungerija kisret l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2), kif ukoll l-Artikolu 8(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(4) |
tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fil-15 ta’ Ġunju 2021, il-Parlament Ungeriż adottata l-a pedofil bűnelkövetőkkel szembeni szigorúbb fellépésről, valamint a gyermekek védelme érdekében egyes törvények módosításáról szóló 2021. évi LXXIX. törvény (il-Liġi LXXIX tal-2021 li tadotta miżuri iktar stretti kontra persuni li nstabu ħatja ta’ pedofilija u li temenda ċerti liġijiet għall-protezzjoni tat-tfal), li daħlet fis-seħħ fit-8 ta’ Lulju 2021. Il-Liġi tinkludi emendi għal numru ta’ diversi dispożizzjonijiet legali li jkopru, inter alia, is-servizzi tal-media, ir-reklamar, il-kummerċ elettroniku u l-edukazzjoni. L-emendi jimponu numru ta’ impożizzjonijiet u restrizzjonijiet rigward il-promozzjoni u r-rappreżentazzjoni ta’ identitajiet tal-ġeneru li ma jikkorrispondux mas-sess assenjat mat-twelid, ir-riassenjament tas-sess jew l-omosesswalità.
Fil-15 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni bdiet proċeduri ta’ ksur kontra l-Ungerija fir-rigward tal-Liġi LXXIX tal-2021.
Peress li qieset li r-risposta pprovduta mill-Ungerija ma kinitx sodisfaċenti, il-Kummissjoni għaddiet għall-fażi segwenti tal-proċeduri ta’ ksur u, fit-2 ta’ Diċembru 2021, bagħtet lill-Ungerija opinjoni motivata.
Peress li qieset li r-risposta għall-opinjoni motivata kienet hija wkoll mhux sodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreferi l-każ lill-Qorti tal-Ġustizzja għal dikjarazzjoni li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 3(1), 6a(1), and 9(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2010/13/UE dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31/KE dwar il-Kummerċ Elettroniku, l-Artikoli 16 u 19 tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-Servizzi fis-Suq Intern, l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Data, l-Artikolu 56 TFUE, l-Artikoli 1, 7, 8(2), 11 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 2 TUE.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399.
(3) ĠU 2010 L 95, p. 1, rettifika fil-ĠU 2010, L 263, p. 15.