23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/24


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2022 minn Tigercat International Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-251/21, Tigercat International Inc. vs EUIPO

(Kawża C-612/22 P)

(2023/C 24/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Tigercat International Inc. (rappreżentanti: B. Führmeyer, Rechtsanwalt, E. B. Matthes, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Caterpillar Inc.

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Diċembru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u li Tigercat International Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.