24.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 408/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-16 ta’ Awwissu 2022 – GF vs Schauinsland-Reisen GmbH

(Kawża C-546/22)

(2022/C 408/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GF

Konvenut: Schauinsland-Reisen GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 12(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex organizzatur jinvoka ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji li jipprevjenu l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, huwa suffiċjenti li l-awtorità awtorizza għal dan il-għan fl-Istat Membru tal-konsumatur toħroġ twissija kontra l-ivvjaġġar tal-ogħla livell fir-rigward tal-pajjiż ta’ destinazzjoni qabel il-bidu tal-vjaġġ previst?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 12(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkunx hemm ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji jekk il-vjaġġatur, li kellu għarfien tat-twissija kontra l-ivvjaġġar u tal-inċertezza marbuta mal-evoluzzjoni sussegwenti tal-pandemija, iddikjara madankollu x-xewqa li jwettaq il-vjaġġ u jekk ma kienx impossibbli għall-organizzatur li jwettaq l-imsemmi vjaġġ?


(1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.