7.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fis-16 ta’ Marzu 2022 – CK
(Kawża C-203/22)
(2022/C 222/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: CK
Partijiet oħra fil-proċedura: Dun & Bradstreet Austria GmbH, Magistrat der Stadt Wien
Domandi preliminari
1) |
Liema huma r-rekwiżiti sostantivi li għandhom jiġu ssodisfatti minn informazzjoni pprovduta sabiex titqies bħala suffiċjentement “utli” fis-sens tal-Artikolu 15(1)(h) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (iktar ’il quddiem ir-“RĠPD”) (1)? Fil-każ ta’ tfassil ta’ profil, il-kontrollur għandu jipprovdi wkoll, fil-kuntest tal-informazzjoni dwar il-“loġika sottostanti”, l-informazzjoni essenzjali sabiex wieħed jifhem ir-riżultat tad-deċiżjoni individwali awtomatizzata – eventwalment suġġett għall-osservanza ta’ sigriet ta’ impriża eżistenti? Fost din l-informazzjoni, huma inklużi, fost l-oħrajn 1) il-komunikazzjoni tad-data pproċessata dwar il-persuna kkonċernata, 2) il-komunikazzjoni tal-elementi tal-algoritmu li fuqu huwa bbażat it-tfassil tal-profil neċessarji sabiex ikun jista’ jinftiehem u 3) l-informazzjoni rilevanti sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn l-informazzjoni pproċessata u l-evalwazzjoni mwettqa? Fil-każijiet li jinvolvu tfassil ta’ profil, anki fil-każ li jiġi invokat sigriet ta’ impriża, il-persuna li għandha dritt għal informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 15(1)(h) tar-RĠPD għandha dritt li tikseb l-aċċess għall-informazzjoni li ġejja, rigward l-ipproċessar konkret li jikkonċernaha, sabiex hija tkun tista’ tipproteġi d-drittijiet tagħha taħt l-Artikolu 22(3) tar-RĠPD:
|
2) |
Id-dritt ta’ aċċess mogħti permezz tal-Artikolu 15(1)(h) tar-RĠPD huwa marbut mad-drittijiet iggarantiti permezz tal-Artikolu 22(3) tar-RĠPD li wieħed jesprimi l-perspettiva tiegħu u li wieħed jikkontesta deċiżjoni awtomatizzata meħuda fis-sens tal-Artikolu 22 tar-RĠPD, sa fejn il-portata tal-informazzjoni pprovduta wara talba għal informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 15(1)(h) tar-RĠPD hija suffiċjentement “utli” biss jekk il-persuna li titlob l-informazzjoni u s-suġġett tad-data fis-sens tal-Artikolu 15(1)(h) tar-RĠPD titqiegħed f’pożizzjoni li teżerċita d-dritt iggarantit permezz tal-Artikolu 22(3) tar-RĠPD li tesprimi l-perspettiva tagħha u d-dritt li tikkontesta deċiżjoni awtomatizzata fis-sens tal-Artikolu 22(3) tar-RĠPD b’mod effettiv, iddettaljat u promettenti? |
3) |
|
4) |
|
5) |
Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 15(4) tar-RĠPD tillimita b’xi mod il-portata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta taħt l-Artikolu 15(1)(h) tar-RĠPD? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, b’liema mod huwa dan id-dritt ta’ aċċess limitat mill-Artikolu 15(4) tar-RĠPD, u kif għandha tiġi ddeterminata l-portata tal-limitazzjoni f’kull każ? |
6) |
Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 4(6) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data, li tgħid li “id-dritt tal-persuna kkonċernata li tikseb aċċess mingħand kontrollur, skont l-Artikolu 15 tar-RĠPD, bla ħsara għal restrizzjonijiet legali oħra, ġeneralment ma jeżistix meta l-għoti ta’ dan l-aċċess ikun jikkomprometti sigriet kummerċjali jew industrijali tal-kontrollur jew ta’ terz” hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 15(1) u tal-Artikolu 22(3) tar-RĠPD? Fl-affermattiv, taħt liema kundizzjonijiet tkun teżisti tali kompatibbiltà? |
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.