31.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – UAB “HA.EN.” vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-227/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input - Bejgħ ta’ proprjetà immobbli bejn persuni taxxabbli - Bejjiegħ li huwa s-suġġett ta’ proċedura ta’ insolvenza - Prattika nazzjonali li tikkonsisti fir-rifjut tad-dritt għal tnaqqis lix-xerrej minħabba li huwa kien jew kellu jkun jaf bid-diffikultajiet tal-bejjiegħ li jħallas il-VAT tal-output dovuta - Frodi u abbuż ta’ dritt - Kundizzjonijiet)

(2022/C 418/11)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UAB “HA.EN.”

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Dispożittiv

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi prattika nazzjonali li tikkonsisti, fil-kuntest tal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli bejn persuni taxxabbli, f’li x-xerrej jiġi rrifjutat id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input imħallsa minħabba s-sempliċi fatt li dan kien jaf jew kellu jkun jaf li l-bejjiegħ kien f’diffikultà finanzjarja, jew f’sitwazzjoni ta’ insolvenza, u li dan il-fatt jista’ jkollu l-konsegwenza li dan tal-aħħar ma kienx ser iħallas jew setgħa ma jħallasx il-VAT lit-Teżor.


(1)  ĠU C 242, 21.6.2021.