Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat‑23 ta’ Frar 2021 – Symrise vs ECHA

(Kawża T‑656/20 R)

“Miżuri provviżorji – REACH – Sustanza homosalatum – Kontroll tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet – Obbligu li tiġi pprovduta ċerta informazzjoni li teħtieġ testijiet fuq l-annimali – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”

1. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156)

(ara l-punti 13, 14, 24)

2. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu purament ipotetiku bbażat fuq is-seħħ ta’ avvenimenti futuri u inċerti – Natura insuffiċjenti sabiex tiġġustifika l-urġenza

Artikoli 278 sa 279 TFUE

(ara l-punti 17, 18, 25 sa 29)

3. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova impost fuq il-parti li titlob il-miżura provviżorja

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punt 21)

4. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu morali li ma jistax jiġi rrimedjat aħjar fi proċeduri għal miżuri provviżorji milli fil-kawża prinċipali – Assenza ta’ urġenza

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punt 31)

5. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti jew tibdel irrevokabbilment il-pożizzjoni tagħha fis-suq – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-kumpannija rikorrenti – Neċessità li tiġi pprovduta stampa vera u globali tas-sitwazzjoni finanzjarja – Assenza – Nuqqas ta’ urġenza

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)

(ara l-punti 33 sa 37)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, li jiksbu s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni A-009-2018 tal-Bord tal-Appell tal-ECHA tat‑18 ta’ Awwissu 2020 dwar il-fajl ta’ reġistrazzjoni tar-rikorrenti għall-homosalatum u, min-naħa l-oħra, sabiex tiġi ordnata l-estensjoni tat-terminu mogħti sabiex jiġu kkomunikati r-riżultati tat-testijiet għall-perijodu tas-sospensjoni.

Dispożittiv

1) 

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2) 

L-ispejjeż huma rriżervati.