22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/40


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2020 – Global Chartered Controller Institute vs EUIPO – CFA Institute (CCA CHARTERED CONTROLLER ANALYST CERTIFICATE)

(Kawża T-266/20)

(2020/C 209/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Global Chartered Controller Institute SL (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: M. Pomares Caballero u T. Barber Giner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CFA Institute (Charlottesville, Virginia, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade figurattiva mark tal-Unjoni Ewropea CCA CHARTERED CONTROLLER ANALYST CERTIFICATE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 508 161

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 235/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata, fid-dawl tal-fatt li fil-każ odjern ma humiex issodisfatti r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-motiv ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001;

jew, fin-nuqqas ta’ dan, tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti (inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell), u tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.