23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/45


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Tele Columbus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-69/20)

(2020/C 95/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tele Columbus AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Wagner u J. Hackl, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 5187 tat-18 ta’ Lulju 2019 (M.8864 – VODAFONE/CERTAIN LIBERTY GLOBAL ASSETS);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq irregolarità proċedurali fil-kuntest tal-eżami ta’ ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva dovut għal effetti orizzontali mhux ikkoordinati fis-suq Ġermaniż “għall-provvista ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni bil-kejbil lil unitajiet domestiċi f’unitajiet ta’ abitazzjoni multipli (klijenti tal-MDU)” (iktar ’il quddiem “suq MDU”).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-eżami ta’ ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva dovut għal effetti orizzontali mhux ikkoordinati fis-suq Ġermaniż “għall-provvista ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni bil-kejbil lill-unitajiet domestiċi f’unitajiet ta’ abitazzjoni waħda (klijenti SDU)”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq irregolarità proċedurali fil-kuntest tal-eżami ta’ ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva minħabba effetti vertikali mhux ikkoordinati fis-suq ta’ distribuzzjoni tas-sinjali u għalhekk fis-suq MDU Ġermaniż relatat miegħu.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-eżami ta’ ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva minħabba effetti orizzontali mhux ikkoordinati fuq dak li jissejjaħ is-suq ta’ feed-in fil-Ġermanja.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq irregolarità proċedurali fil-kuntest tal-eżami tal-impenji, sa fejn il-Kummissjoni aċċettat pakkett ta’ impenji li a priori ma kinux – strutturalment – xierqa sabiex jikkumpensaw ir-restrizzjonijiet sinjifikattivi għall-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-fużjoni.