6.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/12


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2020 – IMI 2 Joint Undertaking vs CHS

(Kawża T-53/20)

(2020/C 114/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IMI 2 Joint Undertaking (rappreżentanti: D. Waelbroeck, A. Duron u F. Federici, avukati)

Konvenuta: Choice Healthcare Solutions Ltd (Cardiff, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuta tirriborsa lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 128 996,04, flimkien mal-interessi, b’rabta mal-ftehim ta’ sussidju 115011 dwar il-proġett “PROactive – Physical Activity as a Crucial Patient Reported Outcome in COPD”, suġġetta għall-interessi bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ewlenin tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid miżjuda bi 3,5 % mit-23 ta’ Lulju 2019, sad-data tar-riċezzjoni tal-fondi li għandhom jiġu rrimborsati lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti kkonkludiet ftehim ta’ sussidju mal-konvenuta dwar il-proġett “PROactive – Physical Activity as a Crucial Patient Reported Outcome in COPD”.

Insostenn tar-rikors tagħha ppreżentat abbażi tal-Artikolu 272 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-kundizzjoniiet tal-imsemmi ftehim mill-konvenuta fir-rigward tal-ispejjeż mitluba minnha.