SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)

14 ta’ Lulju 2021 ( *1 )

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Ø – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti ϕ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

Fil-Kawża T‑399/20,

Cole Haan LLC, stabbilita fi Greenland, New Hampshire (l-Istati Uniti), irrappreżentata minn G. Vos, avukat,

rikorrenti,

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), irrappreżentat minn T. Frydendahl u A. Folliard-Monguiral, bħala aġenti,

konvenut,

il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, li hija

Samsøe & Samsøe Holding A/S, stabbilita f’Kopenħagen (id-Danimarka), irrappreżentata minn C. Jardorf, avukat,

li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal‑15 ta’ April 2020 (Każ R 1375/2019‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Samsøe & Samsøe Holding u Cole Haan,

IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),

komposta minn D. Spielmann (Relatur), President tal-Awla, U. Öberg u R. Mastroianni, Imħallfin,

Reġistratur: E. Coulon,

wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Ġunju 2020,

wara li rat ir-risposta tal-EUIPO ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑7 ta’ Diċembru 2020,

wara li rat ir-risposta tal-intervenjenti ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Novembru 2020,

wara li rat l-assenza ta’ talba għall-iffissar ta’ seduta ppreżentata mill-partijiet fit-terminu ta’ tliet ġimgħat min-notifika tal-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara li ddeċidiet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tiddeċiedi mingħajr fażi orali tal-proċedura,

tagħti l-preżenti

Sentenza ( 1 )

Il-fatti li wasslu għall-kawża

1

Fl‑1 ta’ Novembru 2017, ir-rikorrenti, Cole Haan LLC, ippreżentat applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea quddiem l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), abbażi tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑14 ta’ Ġunju 2017, dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1).

2

It-trade mark li għaliha tressqet l-applikazzjoni hija s-sinjal figurattiv segwenti:

Image

3

Il-prodotti li għalihom ġiet ippreżentata l-applikazzjoni jaqgħu fil-klassijiet 18 u 25 tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal‑15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u jikkorrispondu, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni li ġejja:

klassi 18: “Kartieri tad-dokumenti, kartieri, bagalji, bagolli, valiġġi, barżakki ta’ fuq id-dahar, basktijiet magħmulin mil-ġilda, basktijiet tal-id, portmonijiet, basktijiet għax-xiri magħmulin mil-ġilda, kaxxetti għaċ-ċwievet magħmula mill-ġilda, kaxxi tal-kards tan-negozju, portafolli għall-karti tal-kreditu, basktijiet li jiddendlu nkroċjati mal-ġisem, bagalji għas-safar, boroż tan-nisa ċatti u dojoq mingħajr għelielaq, basktijiet tal-isports għal kull użu, basktijiet għall-affarijiet li jintużaw fil-ġinnasju (sport), basktijiet tal-baħar, basktijiet li jiddendlu nkroċjati mal-ġisem; portafolji; umbrelel”;

klassi 25: “Ħwejjeġ tal-irġiel, nisa u tfal; ġins, qliezet, ħwejjeġ ta’ taħt, qomos, flokkijiet forma ta’ T [T-shirts], topps [ilbies], flokkijiet mingħajr kmiem, dbielet, kalzetti, ġkieket, kowtijiet, xorts, qomos tan-nisa [blouses], ġersijiet [pullovers], sdieri, ilbiesi twal tan-nisa, xalpi, ingwanti, xalel, libsa biċċa waħda [jumpsuit], kapep, ilbies għax-xita, ilbiesi għas-silġ, malji tal-għawm, ħwejjeġ ta’ taħt, qomos ta’ taħt, maljerija; ingravati; xedd is-saqajn; stvali, żraben, żraben tal-isports jew għall-użu każwali, żraben bit-takkuna, sandlijiet, papoċċi; xedd ir-ras, bonits, kpiepel”.

4

Fit‑23 ta’ Frar 2018, l-intervenjenti, Samsøe & Samsøe Holding A/S, ippreżentat oppożizzjoni, abbażi tal-Artikolu 46 tar-Regolament 2017/1001, kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-prodotti msemmija fil-punt 3 iktar ’il fuq.

5

L-oppożizzjoni kienet ibbażata, b’mod partikolari, fuq ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva rreġistrata fit‑22 ta’ Novembru 2013 bin-Numru 1193789 u riprodotta hawn taħt:

Image

6

It-trade mark preċedenti kienet ġiet irreġistrata għall-prodotti fil-klassijiet 18 u 25 u jikkorrispondu, b’mod partikolari, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni li ġejja:

klassi 18: “Ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda, kif ukoll prodotti f’dan il-materjal mhux inklużi fi klassijiet l-oħra; ġlud ta’ annimali, fur tal-annimali; barżakki, portmonijiet, bagolli u barżakki tal-ivjaġġar; umbrelel u umbrelel tax-xemx”;

klassi 25: “ilbies, artikoli ta’ xedd is-saqajn u artikoli ta’ xedd ir-ras”.

7

Ir-raġuni invokata insostenn tal-oppożizzjoni kienet dik prevista fl-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.

8

Fid‑29 ta’ April 2019, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni laqgħet l-oppożizzjoni u rrifjutat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-prodotti kollha msemmija fil-punt 3 iktar ’il fuq, abbażi tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.

9

Ir-rikorrenti appellat quddiem l-EUIPO, abbażi tal-Artikoli 66 sa 71 tar-Regolament 2017/1001, kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

[omissis]

It-talbiet tal-partijiet

11

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell.

12

L-EUIPO jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiċħad ir-rikors;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.

13

L-intervenjenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiċħad ir-rikors.

Id-dritt

[omissis]

18

Fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-konsumatur medju tal-kategorija ta’ prodotti kkonċernati, normalment informat u raġonevolment attent u avżat. Hemm ukoll lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-livell ta’ attenzjoni tal-konsumatur medju jista’ jvarja skont il-kategorija ta’ prodotti jew servizzi kkonċernati (ara s-sentenza tat‑13 ta’ Frar 2007, Mundipharma vs UASI – Altana Pharma (RESPICUR), T‑256/04, EU:T:2007:46, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).

19

F’dan il-każ, ir-rikorrenti ma tikkontestax il-fondatezza tad-definizzjoni tal-pubbliku li fl-ispirtu tagħha l-Bord tal-Appell evalwa l-eżistenza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, jiġifieri l-pubbliku frankofonu li ma jifhem la d-Daniż, la l-Bulgaru u lanqas il-Grieg u li għandu livell ta’ attenzjoni medju.

20

Hija lanqas ma tikkontesta l-konklużjoni tal-Bord tal-Appell li tgħid li l-prodotti inkwistjoni huma identiċi jew jixxiebhu.

[omissis]

22

Għandu jitfakkar li l-evalwazzjoni ġenerali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni għandha, għal dak li jirrigwarda x-xebh viżiv, fonetiku jew kunċettwali tas-sinjal kunfliġġenti, tkun ibbażata fuq l-impressjoni ġenerali prodotta minnhom, fejn tingħata attenzjoni partikolari għall-elementi distintivi u dominanti tagħhom. Il-perċezzjoni tat-trade marks li l-konsumatur medju għandu tal-prodotti jew tas-servizzi inkwistjoni tilgħab rwol determinanti fl-evalwazzjoni ġenerali ta’ din il-probabbiltà. F’dan ir-rigward, il-konsumatur medju normalment jipperċepixxi trade mark fit-totalità tagħha u ma joqgħodx jeżamina d-diversi dettalji (ara s-sentenza tat‑12 ta’ Ġunju 2007, UASI vs Shaker, C‑334/05 P, EU:C:2007:333, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).

23

Huwa paċifiku bejn il-partijiet li t-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni hija rappreżentazzjoni tal-ittra “Ø”, li tifforma parti mill-alfabett użat fil-lingwa Daniża, filwaqt li t-trade mark preċedenti hija rappreżentazzjoni tal-ittra Griega “ϕ” jew tal-ittra “Φ” provenjenti mill-alfabett Ċirilliku, użat, normalment fil-lingwa Bulgara.

[omissis]

25

Ir-rikorrenti tikkritika lill-Bord tal-Appell talli kkonstata, żbaljatament, li s-sinjali kunfliġġenti kienu komposti, it-tnejn li huma, minn ċirku maqtugħ b’linja dritta vertikali, filwaqt li l-linja li taqta ċ-ċirku fit-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni hija dijagonali. Barra minn hekk, hija ssostni li, fit-trade mark preċedenti, l-estensjoni ’l barra miċ-ċirku tal-linja li taqta’ ċ-ċirku hija itwal minn dik tat-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni, fatt li ma tteħidx inkunsiderazzjoni mill-Bord tal-Appell.

[omissis]

30

Barra minn hekk, bil-kontra ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, mill-punt 23 iktar ’il fuq jirriżulta li l-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni d-differenza viżiva li tirriżulta mill-fatt li l-estensjoni ’l barra miċ-ċirku tal-linja li taqta’ ċ-ċirku tat-trade mark preċedenti hija itwal minn dik tat-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni.

31

Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tar-rikorrenti dwar il-kapaċità tal-konsumaturi li jagħmlu distinzjoni bejn ċerti ittri jew ċerti simboli li jixxiebhu viżwalment, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li dawn jikkonċernaw ittri jew simboli li jeżistu fil-lingwa jew fil-lingwi magħrufa mill-konsumaturi inkwistjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, il-konsumaturi frankofoni li la jitkellmu d-Daniż, la l-Bulgaru u lanqas il-Grieg.

32

Issa, l-ebda waħda mill-ittri “Ø”, “Φ” u “ϕ” ma tintuża fil-lingwa Franċiża, mitkellma mill-pubbliku rilevanti.

[omissis]

34

Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat ukoll li d-dikjarazzjoni tar-rikorrenti li tgħid li s-sinjali kunfliġġenti huma differenti mill-aspett viżiv huma l-frott tal-argumenti miċħuda rispettivament fil-punti 28 u 29 iktar ’il fuq u li din id-dikjarazzjoni lanqas ma hija sostnuta. Għalhekk, din ma hijiex ta’ natura li tikkonfuta d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tgħid li viżwalment hemm livell għoli ta’ xebh bejn is-sinjali kunfliġġenti u għandha, għaldaqstant, tiġi miċħuda.

35

B’konsegwenza ta’ dan, huwa mingħajr ma wettaq ebda żball ta’ evalwazzjoni li l-Bord tal-Appell qies li viżwalment kien hemm livell għoli ta’ xebh bejn is-sinjali kunfliġġenti.

36

Fir-rigward tal-paragun fonetiku tas-sinjali kunfliġġenti, il-Bord tal-Appell qies li dan il-paragun ma kienx possibbli għaliex, peress li ebda wieħed minn dawn is-sinjali ma għandu sinjifikat għall-maġġoranza tal-pubbliku frankofonu, dawn ma jiġux imlissna. Huwa kompla jesponi li, li kieku dawn kellhom jiġu mlissna bid-deskrizzjoni tad-dehra tagħhom, is-sinjali kunfliġġenti jiġu t-tnejn li huma mlissna bħala “ċirku maqtugħ”, b’tali mod li jkunu, f’tali każ, fonetikament identiċi.

37

Ir-rikorrenti tikkritika lill-Bord tal-Appell talli qies li l-aspett fonetiku tas-sinjali konfliġġenti ma kellu ebda influwenza fuq l-evalwazzjoni tax-xebh bejn dawn is-sinjali. B’mod partikolari, l-imsemmi bord żbaljatament qies li l-pubbliku frankofonu ma għandu l-ebda għarfien tad-Daniż, tal-Bulgaru jew tal-Grieg. Issa, il-konsumaturi, anki mingħajr ma jifhmu l-imsemmija lingwi, huma konxji mill-fatt li, minn naħa, it-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni għandha sinjifikat fil-“lingwi Skandinavi”, din tirrappreżenta ittra fl-alfabett Daniż u din tfisser “gżira” f’dik il-lingwa u, min-naħa l-oħra, it-trade mark preċedenti tirrappreżenta ittra fl-alfabett Grieg u f’dak Bulgaru. Insostenn ta’ dawn l-allegazzjonijiet, ir-rikorrenti ssostni li l-intervenjenti tuża l-ittra “ø” f’isimha sabiex turi l-identità Skandinava tagħha u li hija għandha ħanut fi Franza, fatt li juri li l-konsumaturi frankofoni jifhmu l-oriġini Skandinava, jekk mhux saħansitra dik Daniża, tal-ittra “ø”. Issa, fil-lingwi rispettivi tagħhom, l-ittri rrappreżentati mis-sinjali kunfliġġenti huma mlissna b’mod differenti, b’tali mod li ma hemmx xebh fonetiku bejn l-imsemmija sinjali.

38

Hekk kif jirriżulta mill-punti 22 u 31 iktar ’il fuq, l-ittri “Ø”, “Φ” u “ϕ” ma jintużawx fil-lingwa Franċiża, mitkellma mill-pubbliku rilevanti, b’tali mod li, mill-perspettiva ta’ dan il-pubbliku, dawn huma parti minn lingwi barranin.

39

Issa, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, l-għarfien ta’ lingwa barranija ma jistax, ġeneralment, jiġi preżunt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Settembru 2010, Inditex vs UASI – Marín Díaz de Cerio (OFTEN), T‑292/08, EU:T:2010:399, punt 83).

40

F’dan ir-rigward, għandu jitqies li, bħala prinċipju, it-tlissin korrett tal-ittri tal-alfabett f’lingwa barranija kif ukoll l-għarfien tal-eżistenza ta’ ittra tal-alfabett rispettiv ta’ tali lingwa, jiffurmaw parti mill-għarfien ta’ din il-lingwa u, għaldaqstant, lanqas ma jistgħu jiġu preżunti.

41

Fir-rigward tat-tlissin mill-pubbliku rilevanti ta’ kelma li tifforma parti minn lingwa barranija, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li t-tlissin mill-konsumatur medju ta’ tali kelma fil-lingwa materna tiegħu diffiċilment tista’ tiġi stabbilita b’ċertezza. L-ewwel nett, ma huwiex ċert li din il-kelma tkun rrikonoxxuta bħala barranija. It-tieni nett, anki jekk l-oriġini barranija tal-kelma inkwistjoni tiġi rrikonoxxuta, it-tlissin tagħha ma huwiex neċessarjament l-istess bħal dak tal-lingwa minn fejn toriġina. Fil-fatt, tlissin korrett skont il-lingwa ta’ oriġini jippreżupponi mhux biss għarfien ta’ dan it-tlissin, iżda wkoll il-kapaċità li l-kelma inkwistjoni titlissen bl-aċċent korrett. It-tielet nett, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, għandu jerġa’ jiġi stabbilit li parti kbira tal-pubbliku rilevanti għandha din il-kapaċità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑1 ta’ Frar 2005, SPAG vs UASI – Dann u Backer (HOOLIGAN), T‑57/03, EU:T:2005:29, punt 58).

42

Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma rilevanti wkoll f’dak li jirrigwarda t-tlissin tal-ittri li ma jeżistux fil-lingwi mifhuma mill-pubbliku rilevanti.

43

F’din il-kawża, ir-rikorrenti tammetti li huwa “probabbilment minnu” li l-pubbliku rilevanti ddefinit mill-Bord tal-Appell la jifhem id-Daniż, la l-Bulgaru u lanqas il-Grieg. Madankollu, hija ma pproduċiet l-ebda element li jista’ jistabbilixxi li, u lanqas a fortiori b’liema mod, l-imsemmi pubbliku għandu jlissen is-sinjali kunfliġġenti.

44

Għalhekk, l-argument tar-rikorrenti dwar it-tlissin differenti tas-sinjali kunfliġġenti mill-pubbliku rilevanti li la jafu l-Bulgaru, la d-Daniż u lanqas il-Grieg, għandu jiġi miċħud.

45

Għandu wkoll jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-pubbliku rilevanti jidentifika, minn naħa, li l-ittra rrappreżentata mit-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni tinsab fl-alfabett Daniż, li fl-imsemmija lingwa tfisser “gżira” u li għandha sinjifikat fil-“lingwi Skandinavi” u, min-naħa l-oħra, li t-trade mark preċedenti tirrappreżenta ittra użata fil-lingwa Griega u f’dik Bulgara. Fil-fatt, dan l-argument huwa intiż li jistabbilixxi l-eżistenza ta’ differenza fil-livell kunċettwali bejn is-sinjali kunfliġġenti, iżda huwa irrilevanti f’dak li jirrigwarda l-paragun tal-imsemmija sinjali fonetiċi.

46

Minn dan jirriżulta li huwa mingħajr ma wettaq ebda żball ta’ evalwazzjoni li l-Bord tal-Appell qies li, fid-dawl tal-perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti, ma kienx possibbli li jitwettaq paragun fonetiku tas-sinjali kunfliġġenti.

47

Fir-rigward tal-paragun tas-sinjali kunfliġġenti fuq il-livell kunċettwali, ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tgħid li tali paragun ma huwiex possibbli. F’dan ir-rigward, mill-argument imfakkar fil-punt 44 iktar ’il fuq hija tfakkar li l-pubbliku rilevanti għandu jagħraf li s-sinjali kunfliġġenti huma żewġ ittri li ġejjin minn lingwi barranin differenti. Hija żżid li l-ittra“Ø”, irrappreżentata mit-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni, għandha sinjifikati oħrajn li jinftiehmu mill-konsumaturi kollha tal-Unjoni. Fil-fatt, minn naħa, din l-ittra għandha tinftiehem bħala li tindika, fil-matematika, iċ-ċifra 0. F’dan ir-rigward, hija ssostni li tuża l-ittra “Ø” fil-kuntest tal-istrateġija kummerċjali tagħha u fi trade marks oħra li huma proprjetà tagħha, bħalma huma ZERØGRAND ØRIGINALGRAND, GRANDPRØ u GRAND.ØS, biex tissostitwixxi kemm l-ittra “o” kif ukoll iċ-ċifra 0. Issa, hija ma tużax l-ittra “Ø” b’dan il-mod li kieku hija ma tqisx li l-pubbliku rilevanti ma jistax jidentifikaha bħala li tissostitwixxi l-ittra “o” jew iċ-ċifra 0. Min-naħa l-oħra, din l-ittra għandha tinftiehem bħala simbolu li jindika d-dijametru ta’ oġġett. Insostenn ta’ din l-allegazzjoni, ir-rikorrenti pproduċiet screenshots ta’ siltiet minn katalogu ta’ manifattur tal-għamara, li huwa ppubblikat f’iktar minn 200 miljun kopja kull sena u li juri diversi eżempji ta’ użu tal-ittra “Ø” sabiex jiġi indikat id-dijametru ta’ oġġett. Minn dan hija tiddeduċi li s-sinjali kunfliġġenti huma differenti fil-livell kunċettwali.

48

Il-Bord tal-Appell osserva li, għall-maġġoranza tal-pubbliku frankofonu, li la jifhem il-Bulgaru, la d-Daniż u lanqas il-Grieg, is-sinjal preċedenti ma għandux sinjifikat, u minn dan huwa ddeduċa li, fil-livell kunċettwali, ma kien possibbli li jitwettaq l-ebda paragun tas-sinjali kunfliġġenti. Huwa kompla jesponi li l-fatt li parti minn dan il-pubbliku tifhem is-sinjali kunfliġġenti bħala li huma ittri li ġejjin mill-alfabett Daniż, Bulgaru jew minn dak Grieg ma kienx importanti u li l-maġġoranza tal-pubbliku frankofonu ma kellux jipperċepixxi t-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni bħala s-simbolu matematiku “żero” jew bħala s-simbolu li jindika d-dijametru ta’ oġġett.

49

Hekk kif ġie osservat fil-punt 39 iktar ’il fuq, l-għarfien tal-eżistenza ta’ ittra tal-alfabett li tifforma parti minn lingwa barranija ma jistax jiġi preżunt.

50

Issa, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma pproduċietx elementi ta’ natura li juru li l-pubbliku frankofonu li la jaf id-Daniż, la l-Bulgaru u lanqas il-Grieg għandu jidentifika, minn naħa, it-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni bħala rappreżentazzjoni ta’ ittra użata fil-lingwa Daniża u, min-naħa l-oħra, it-trade mark preċedenti bħala rappreżentazzjoni ta’ ittra użata fil-lingwa Griega u f’dik Bulgara. F’dan ir-rigward, is-sempliċi fatt ibbażat fuq l-ortografija ta’ isem l-intervenjenti u tal-użu ta’ dan l-isem bħala isem ta’ ħanut fi Franza ma jippermettix li tiġi stabbilita l-fehim tal-ittra “Ø” hekk kif allegata mir-rikorrenti. Barra minn hekk, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li, hekk kif ġustament osserva l-EUIPO, l-allegazzjoni tal-imsemmi użu hija sostnuta minn screenshot ta’ sit tal-internet, li tikkostitwixxi l-Anness A.5 tar-rikors, li r-rikorrenti pproduċiet għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali. Issa, tali prova għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli mingħajr ma jkun neċessarju li tiġi eżaminata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Mejju 2009, Fiorucci vs UASI – Edwin (ELIO FIORUCCI), T‑165/06, EU:T:2009:157, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata).

51

Barra minn hekk, ir-rikorrenti lanqas ma stabbilixxiet li l-pubbliku rilevanti għandu jifhem it-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni bħala li tfisser “gżira” bid-Daniż.

52

F’dak li jirrigwarda l-fatt li dan il-pubbliku għandu allegatament jifhem l-ittra “Ø” bħala li tindika ċ-ċifra 0 fil-matematika, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li din l-allegazzjoni hija sostnuta biss mid-dikjarazzjonijiet tar-rikorrenti dwar l-użu li hija tagħmel minn din l-ittra fi trade marks li huma proprjetà tagħha. Issa, peress li dawn id-dikjarazzjonijiet ma jirrigwardawx l-ittra “Ø” waħedha, dawn huma irrilevanti sabiex jiġi stabbilit is-sinjifikat ta’ din l-ittra għall-pubbliku, anki jekk jitqies li tali użu huwa stabbilit.

53

Fir-rigward tal-allegazzjoni li l-pubbliku rilevanti għandu jifhem l-ittra “Ø” bħala li tindika d-dijametru ta’ oġġett, għandu neċessarjament jitqies li din l-allegazzjoni hija, hekk kif ġustament josserva l-EUIPO, sostnuta biss, fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, mill-provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali, jiġifieri l-Annessi A.7, A.8 u A.9 tar-rikors. Issa, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 50 iktar ’il fuq, tali provi huma inammissibbli.

[omissis]

Fuq l-ispejjeż

[omissis]

63

Sa fejn l-intervenjenti ma talbitx li r-rikorrenti tiġi kkundannata għall-ispejjeż, hija għandha tbati, konformement mal-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura, l-ispejjeż rispettivi tagħha.

64

Fir-rigward tat-talbiet tar-rikorrenti intiżi sabiex l-intervenjenti tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż relatati mal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, peress li din is-sentenza tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata, huwa l-punt 2 tad-dispożittiv ta’ din tal-aħħar li jkompli jirregola l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u fil-proċedimenti ta’ appell quddiem l-EUIPO (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Ottubru 2017, Aldi vs EUIPO – Sky (SKYLITe), T‑736/15, mhux ippubblikat, EU:T:2017:729, punt 131.

Għal dawn ir-raġunijiet,

IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)

taqta’ u tiddeċiedi:

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cole Haan LLC hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Samsøe & Samsøe Holding A/S għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Spielmann

Öberg

Mastroianni

Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu fl‑14 ta’ Lulju 2021.

Firem

( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.

( 1 ) Qegħdin jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli

Sentenza tal‑14.07.2021– Kawża T‑399/20 [Estratti]
Cole Haan vs EUIPO – Samsøe & Samsøe Holding (Ø)

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)

14 ta’ Lulju 2021  ( * )

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Ø – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti ϕ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

Fil-Kawża T‑399/20,

Cole Haan LLC, stabbilita fi Greenland, New Hampshire (l-Istati Uniti), irrappreżentata minn G. Vos, avukat,

rikorrenti,

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), irrappreżentat minn T. Frydendahl u A. Folliard-Monguiral, bħala aġenti,

konvenut,

il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, li hija

Samsøe & Samsøe Holding A/S, stabbilita f’Kopenħagen (id-Danimarka), irrappreżentata minn C. Jardorf, avukat,

li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal‑15 ta’ April 2020 (Każ R 1375/2019‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Samsøe & Samsøe Holding u Cole Haan,

IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),

komposta minn D. Spielmann (Relatur), President tal-Awla, U. Öberg u R. Mastroianni, Imħallfin,

Reġistratur: E. Coulon,

wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Ġunju 2020,

wara li rat ir-risposta tal-EUIPO ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑7 ta’ Diċembru 2020,

wara li rat ir-risposta tal-intervenjenti ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Novembru 2020,

wara li rat l-assenza ta’ talba għall-iffissar ta’ seduta ppreżentata mill-partijiet fit-terminu ta’ tliet ġimgħat min-notifika tal-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara li ddeċidiet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tiddeċiedi mingħajr fażi orali tal-proċedura,

tagħti l-preżenti

Sentenza  ( 1 )

Il-fatti li wasslu għall-kawża

1

Fl‑1 ta’ Novembru 2017, ir-rikorrenti, Cole Haan LLC, ippreżentat applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea quddiem l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), abbażi tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑14 ta’ Ġunju 2017, dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1).

2

It-trade mark li għaliha tressqet l-applikazzjoni hija s-sinjal figurattiv segwenti:

image1.jpg

3

Il-prodotti li għalihom ġiet ippreżentata l-applikazzjoni jaqgħu fil-klassijiet 18 u 25 tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal‑15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u jikkorrispondu, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni li ġejja:

klassi 18: “Kartieri tad-dokumenti, kartieri, bagalji, bagolli, valiġġi, barżakki ta’ fuq id-dahar, basktijiet magħmulin mil-ġilda, basktijiet tal-id, portmonijiet, basktijiet għax-xiri magħmulin mil-ġilda, kaxxetti għaċ-ċwievet magħmula mill-ġilda, kaxxi tal-kards tan-negozju, portafolli għall-karti tal-kreditu, basktijiet li jiddendlu nkroċjati mal-ġisem, bagalji għas-safar, boroż tan-nisa ċatti u dojoq mingħajr għelielaq, basktijiet tal-isports għal kull użu, basktijiet għall-affarijiet li jintużaw fil-ġinnasju (sport), basktijiet tal-baħar, basktijiet li jiddendlu nkroċjati mal-ġisem; portafolji; umbrelel”;

klassi 25: “Ħwejjeġ tal-irġiel, nisa u tfal; ġins, qliezet, ħwejjeġ ta’ taħt, qomos, flokkijiet forma ta’ T [T-shirts], topps [ilbies], flokkijiet mingħajr kmiem, dbielet, kalzetti, ġkieket, kowtijiet, xorts, qomos tan-nisa [blouses], ġersijiet [pullovers], sdieri, ilbiesi twal tan-nisa, xalpi, ingwanti, xalel, libsa biċċa waħda [jumpsuit], kapep, ilbies għax-xita, ilbiesi għas-silġ, malji tal-għawm, ħwejjeġ ta’ taħt, qomos ta’ taħt, maljerija; ingravati; xedd is-saqajn; stvali, żraben, żraben tal-isports jew għall-użu każwali, żraben bit-takkuna, sandlijiet, papoċċi; xedd ir-ras, bonits, kpiepel”.

4

Fit‑23 ta’ Frar 2018, l-intervenjenti, Samsøe & Samsøe Holding A/S, ippreżentat oppożizzjoni, abbażi tal-Artikolu 46 tar-Regolament 2017/1001, kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-prodotti msemmija fil-punt 3 iktar ’il fuq.

5

L-oppożizzjoni kienet ibbażata, b’mod partikolari, fuq ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva rreġistrata fit‑22 ta’ Novembru 2013 bin-Numru 1193789 u riprodotta hawn taħt:

image2.jpg

6

It-trade mark preċedenti kienet ġiet irreġistrata għall-prodotti fil-klassijiet 18 u 25 u jikkorrispondu, b’mod partikolari, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni li ġejja:

klassi 18: “Ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda, kif ukoll prodotti f’dan il-materjal mhux inklużi fi klassijiet l-oħra; ġlud ta’ annimali, fur tal-annimali; barżakki, portmonijiet, bagolli u barżakki tal-ivjaġġar; umbrelel u umbrelel tax-xemx”;

klassi 25: “ilbies, artikoli ta’ xedd is-saqajn u artikoli ta’ xedd ir-ras”.

7

Ir-raġuni invokata insostenn tal-oppożizzjoni kienet dik prevista fl-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.

8

Fid‑29 ta’ April 2019, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni laqgħet l-oppożizzjoni u rrifjutat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-prodotti kollha msemmija fil-punt 3 iktar ’il fuq, abbażi tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.

9

Ir-rikorrenti appellat quddiem l-EUIPO, abbażi tal-Artikoli 66 sa 71 tar-Regolament 2017/1001, kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

[omissis]

It-talbiet tal-partijiet

11

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell.

12

L-EUIPO jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiċħad ir-rikors;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.

13

L-intervenjenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiċħad ir-rikors.

Id-dritt

[omissis]

18

Fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-konsumatur medju tal-kategorija ta’ prodotti kkonċernati, normalment informat u raġonevolment attent u avżat. Hemm ukoll lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-livell ta’ attenzjoni tal-konsumatur medju jista’ jvarja skont il-kategorija ta’ prodotti jew servizzi kkonċernati (ara s-sentenza tat‑13 ta’ Frar 2007, Mundipharma vs UASI – Altana Pharma (RESPICUR), T‑256/04, EU:T:2007:46, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).

19

F’dan il-każ, ir-rikorrenti ma tikkontestax il-fondatezza tad-definizzjoni tal-pubbliku li fl-ispirtu tagħha l-Bord tal-Appell evalwa l-eżistenza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, jiġifieri l-pubbliku frankofonu li ma jifhem la d-Daniż, la l-Bulgaru u lanqas il-Grieg u li għandu livell ta’ attenzjoni medju.

20

Hija lanqas ma tikkontesta l-konklużjoni tal-Bord tal-Appell li tgħid li l-prodotti inkwistjoni huma identiċi jew jixxiebhu.

[omissis]

22

Għandu jitfakkar li l-evalwazzjoni ġenerali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni għandha, għal dak li jirrigwarda x-xebh viżiv, fonetiku jew kunċettwali tas-sinjal kunfliġġenti, tkun ibbażata fuq l-impressjoni ġenerali prodotta minnhom, fejn tingħata attenzjoni partikolari għall-elementi distintivi u dominanti tagħhom. Il-perċezzjoni tat-trade marks li l-konsumatur medju għandu tal-prodotti jew tas-servizzi inkwistjoni tilgħab rwol determinanti fl-evalwazzjoni ġenerali ta’ din il-probabbiltà. F’dan ir-rigward, il-konsumatur medju normalment jipperċepixxi trade mark fit-totalità tagħha u ma joqgħodx jeżamina d-diversi dettalji (ara s-sentenza tat‑12 ta’ Ġunju 2007, UASI vs Shaker, C‑334/05 P, EU:C:2007:333, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).

23

Huwa paċifiku bejn il-partijiet li t-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni hija rappreżentazzjoni tal-ittra “Ø”, li tifforma parti mill-alfabett użat fil-lingwa Daniża, filwaqt li t-trade mark preċedenti hija rappreżentazzjoni tal-ittra Griega “ϕ” jew tal-ittra “Φ” provenjenti mill-alfabett Ċirilliku, użat, normalment fil-lingwa Bulgara.

[omissis]

25

Ir-rikorrenti tikkritika lill-Bord tal-Appell talli kkonstata, żbaljatament, li s-sinjali kunfliġġenti kienu komposti, it-tnejn li huma, minn ċirku maqtugħ b’linja dritta vertikali, filwaqt li l-linja li taqta ċ-ċirku fit-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni hija dijagonali. Barra minn hekk, hija ssostni li, fit-trade mark preċedenti, l-estensjoni ’l barra miċ-ċirku tal-linja li taqta’ ċ-ċirku hija itwal minn dik tat-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni, fatt li ma tteħidx inkunsiderazzjoni mill-Bord tal-Appell.

[omissis]

30

Barra minn hekk, bil-kontra ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, mill-punt 23 iktar ’il fuq jirriżulta li l-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni d-differenza viżiva li tirriżulta mill-fatt li l-estensjoni ’l barra miċ-ċirku tal-linja li taqta’ ċ-ċirku tat-trade mark preċedenti hija itwal minn dik tat-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni.

31

Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tar-rikorrenti dwar il-kapaċità tal-konsumaturi li jagħmlu distinzjoni bejn ċerti ittri jew ċerti simboli li jixxiebhu viżwalment, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li dawn jikkonċernaw ittri jew simboli li jeżistu fil-lingwa jew fil-lingwi magħrufa mill-konsumaturi inkwistjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, il-konsumaturi frankofoni li la jitkellmu d-Daniż, la l-Bulgaru u lanqas il-Grieg.

32

Issa, l-ebda waħda mill-ittri “Ø”, “Φ” u “ϕ” ma tintuża fil-lingwa Franċiża, mitkellma mill-pubbliku rilevanti.

[omissis]

34

Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat ukoll li d-dikjarazzjoni tar-rikorrenti li tgħid li s-sinjali kunfliġġenti huma differenti mill-aspett viżiv huma l-frott tal-argumenti miċħuda rispettivament fil-punti 28 u 29 iktar ’il fuq u li din id-dikjarazzjoni lanqas ma hija sostnuta. Għalhekk, din ma hijiex ta’ natura li tikkonfuta d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tgħid li viżwalment hemm livell għoli ta’ xebh bejn is-sinjali kunfliġġenti u għandha, għaldaqstant, tiġi miċħuda.

35

B’konsegwenza ta’ dan, huwa mingħajr ma wettaq ebda żball ta’ evalwazzjoni li l-Bord tal-Appell qies li viżwalment kien hemm livell għoli ta’ xebh bejn is-sinjali kunfliġġenti.

36

Fir-rigward tal-paragun fonetiku tas-sinjali kunfliġġenti, il-Bord tal-Appell qies li dan il-paragun ma kienx possibbli għaliex, peress li ebda wieħed minn dawn is-sinjali ma għandu sinjifikat għall-maġġoranza tal-pubbliku frankofonu, dawn ma jiġux imlissna. Huwa kompla jesponi li, li kieku dawn kellhom jiġu mlissna bid-deskrizzjoni tad-dehra tagħhom, is-sinjali kunfliġġenti jiġu t-tnejn li huma mlissna bħala “ċirku maqtugħ”, b’tali mod li jkunu, f’tali każ, fonetikament identiċi.

37

Ir-rikorrenti tikkritika lill-Bord tal-Appell talli qies li l-aspett fonetiku tas-sinjali konfliġġenti ma kellu ebda influwenza fuq l-evalwazzjoni tax-xebh bejn dawn is-sinjali. B’mod partikolari, l-imsemmi bord żbaljatament qies li l-pubbliku frankofonu ma għandu l-ebda għarfien tad-Daniż, tal-Bulgaru jew tal-Grieg. Issa, il-konsumaturi, anki mingħajr ma jifhmu l-imsemmija lingwi, huma konxji mill-fatt li, minn naħa, it-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni għandha sinjifikat fil-“lingwi Skandinavi”, din tirrappreżenta ittra fl-alfabett Daniż u din tfisser “gżira” f’dik il-lingwa u, min-naħa l-oħra, it-trade mark preċedenti tirrappreżenta ittra fl-alfabett Grieg u f’dak Bulgaru. Insostenn ta’ dawn l-allegazzjonijiet, ir-rikorrenti ssostni li l-intervenjenti tuża l-ittra “ø” f’isimha sabiex turi l-identità Skandinava tagħha u li hija għandha ħanut fi Franza, fatt li juri li l-konsumaturi frankofoni jifhmu l-oriġini Skandinava, jekk mhux saħansitra dik Daniża, tal-ittra “ø”. Issa, fil-lingwi rispettivi tagħhom, l-ittri rrappreżentati mis-sinjali kunfliġġenti huma mlissna b’mod differenti, b’tali mod li ma hemmx xebh fonetiku bejn l-imsemmija sinjali.

38

Hekk kif jirriżulta mill-punti 22 u 31 iktar ’il fuq, l-ittri “Ø”, “Φ” u “ϕ” ma jintużawx fil-lingwa Franċiża, mitkellma mill-pubbliku rilevanti, b’tali mod li, mill-perspettiva ta’ dan il-pubbliku, dawn huma parti minn lingwi barranin.

39

Issa, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, l-għarfien ta’ lingwa barranija ma jistax, ġeneralment, jiġi preżunt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Settembru 2010, Inditex vs UASI – Marín Díaz de Cerio (OFTEN), T‑292/08, EU:T:2010:399, punt 83).

40

F’dan ir-rigward, għandu jitqies li, bħala prinċipju, it-tlissin korrett tal-ittri tal-alfabett f’lingwa barranija kif ukoll l-għarfien tal-eżistenza ta’ ittra tal-alfabett rispettiv ta’ tali lingwa, jiffurmaw parti mill-għarfien ta’ din il-lingwa u, għaldaqstant, lanqas ma jistgħu jiġu preżunti.

41

Fir-rigward tat-tlissin mill-pubbliku rilevanti ta’ kelma li tifforma parti minn lingwa barranija, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li t-tlissin mill-konsumatur medju ta’ tali kelma fil-lingwa materna tiegħu diffiċilment tista’ tiġi stabbilita b’ċertezza. L-ewwel nett, ma huwiex ċert li din il-kelma tkun rrikonoxxuta bħala barranija. It-tieni nett, anki jekk l-oriġini barranija tal-kelma inkwistjoni tiġi rrikonoxxuta, it-tlissin tagħha ma huwiex neċessarjament l-istess bħal dak tal-lingwa minn fejn toriġina. Fil-fatt, tlissin korrett skont il-lingwa ta’ oriġini jippreżupponi mhux biss għarfien ta’ dan it-tlissin, iżda wkoll il-kapaċità li l-kelma inkwistjoni titlissen bl-aċċent korrett. It-tielet nett, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, għandu jerġa’ jiġi stabbilit li parti kbira tal-pubbliku rilevanti għandha din il-kapaċità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑1 ta’ Frar 2005, SPAG vs UASI – Dann u Backer (HOOLIGAN), T‑57/03, EU:T:2005:29, punt 58).

42

Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma rilevanti wkoll f’dak li jirrigwarda t-tlissin tal-ittri li ma jeżistux fil-lingwi mifhuma mill-pubbliku rilevanti.

43

F’din il-kawża, ir-rikorrenti tammetti li huwa “probabbilment minnu” li l-pubbliku rilevanti ddefinit mill-Bord tal-Appell la jifhem id-Daniż, la l-Bulgaru u lanqas il-Grieg. Madankollu, hija ma pproduċiet l-ebda element li jista’ jistabbilixxi li, u lanqas a fortiori b’liema mod, l-imsemmi pubbliku għandu jlissen is-sinjali kunfliġġenti.

44

Għalhekk, l-argument tar-rikorrenti dwar it-tlissin differenti tas-sinjali kunfliġġenti mill-pubbliku rilevanti li la jafu l-Bulgaru, la d-Daniż u lanqas il-Grieg, għandu jiġi miċħud.

45

Għandu wkoll jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-pubbliku rilevanti jidentifika, minn naħa, li l-ittra rrappreżentata mit-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni tinsab fl-alfabett Daniż, li fl-imsemmija lingwa tfisser “gżira” u li għandha sinjifikat fil-“lingwi Skandinavi” u, min-naħa l-oħra, li t-trade mark preċedenti tirrappreżenta ittra użata fil-lingwa Griega u f’dik Bulgara. Fil-fatt, dan l-argument huwa intiż li jistabbilixxi l-eżistenza ta’ differenza fil-livell kunċettwali bejn is-sinjali kunfliġġenti, iżda huwa irrilevanti f’dak li jirrigwarda l-paragun tal-imsemmija sinjali fonetiċi.

46

Minn dan jirriżulta li huwa mingħajr ma wettaq ebda żball ta’ evalwazzjoni li l-Bord tal-Appell qies li, fid-dawl tal-perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti, ma kienx possibbli li jitwettaq paragun fonetiku tas-sinjali kunfliġġenti.

47

Fir-rigward tal-paragun tas-sinjali kunfliġġenti fuq il-livell kunċettwali, ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tgħid li tali paragun ma huwiex possibbli. F’dan ir-rigward, mill-argument imfakkar fil-punt 44 iktar ’il fuq hija tfakkar li l-pubbliku rilevanti għandu jagħraf li s-sinjali kunfliġġenti huma żewġ ittri li ġejjin minn lingwi barranin differenti. Hija żżid li l-ittra “Ø”, irrappreżentata mit-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni, għandha sinjifikati oħrajn li jinftiehmu mill-konsumaturi kollha tal-Unjoni. Fil-fatt, minn naħa, din l-ittra għandha tinftiehem bħala li tindika, fil-matematika, iċ-ċifra 0. F’dan ir-rigward, hija ssostni li tuża l-ittra “Ø” fil-kuntest tal-istrateġija kummerċjali tagħha u fi trade marks oħra li huma proprjetà tagħha, bħalma huma ZERØGRAND ØRIGINALGRAND, GRANDPRØ u GRAND.ØS, biex tissostitwixxi kemm l-ittra “o” kif ukoll iċ-ċifra 0. Issa, hija ma tużax l-ittra “Ø” b’dan il-mod li kieku hija ma tqisx li l-pubbliku rilevanti ma jistax jidentifikaha bħala li tissostitwixxi l-ittra “o” jew iċ-ċifra 0. Min-naħa l-oħra, din l-ittra għandha tinftiehem bħala simbolu li jindika d-dijametru ta’ oġġett. Insostenn ta’ din l-allegazzjoni, ir-rikorrenti pproduċiet screenshots ta’ siltiet minn katalogu ta’ manifattur tal-għamara, li huwa ppubblikat f’iktar minn 200 miljun kopja kull sena u li juri diversi eżempji ta’ użu tal-ittra “Ø” sabiex jiġi indikat id-dijametru ta’ oġġett. Minn dan hija tiddeduċi li s-sinjali kunfliġġenti huma differenti fil-livell kunċettwali.

48

Il-Bord tal-Appell osserva li, għall-maġġoranza tal-pubbliku frankofonu, li la jifhem il-Bulgaru, la d-Daniż u lanqas il-Grieg, is-sinjal preċedenti ma għandux sinjifikat, u minn dan huwa ddeduċa li, fil-livell kunċettwali, ma kien possibbli li jitwettaq l-ebda paragun tas-sinjali kunfliġġenti. Huwa kompla jesponi li l-fatt li parti minn dan il-pubbliku tifhem is-sinjali kunfliġġenti bħala li huma ittri li ġejjin mill-alfabett Daniż, Bulgaru jew minn dak Grieg ma kienx importanti u li l-maġġoranza tal-pubbliku frankofonu ma kellux jipperċepixxi t-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni bħala s-simbolu matematiku “żero” jew bħala s-simbolu li jindika d-dijametru ta’ oġġett.

49

Hekk kif ġie osservat fil-punt 39 iktar ’il fuq, l-għarfien tal-eżistenza ta’ ittra tal-alfabett li tifforma parti minn lingwa barranija ma jistax jiġi preżunt.

50

Issa, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma pproduċietx elementi ta’ natura li juru li l-pubbliku frankofonu li la jaf id-Daniż, la l-Bulgaru u lanqas il-Grieg għandu jidentifika, minn naħa, it-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni bħala rappreżentazzjoni ta’ ittra użata fil-lingwa Daniża u, min-naħa l-oħra, it-trade mark preċedenti bħala rappreżentazzjoni ta’ ittra użata fil-lingwa Griega u f’dik Bulgara. F’dan ir-rigward, is-sempliċi fatt ibbażat fuq l-ortografija ta’ isem l-intervenjenti u tal-użu ta’ dan l-isem bħala isem ta’ ħanut fi Franza ma jippermettix li tiġi stabbilita l-fehim tal-ittra “Ø” hekk kif allegata mir-rikorrenti. Barra minn hekk, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li, hekk kif ġustament osserva l-EUIPO, l-allegazzjoni tal-imsemmi użu hija sostnuta minn screenshot ta’ sit tal-internet, li tikkostitwixxi l-Anness A.5 tar-rikors, li r-rikorrenti pproduċiet għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali. Issa, tali prova għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli mingħajr ma jkun neċessarju li tiġi eżaminata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Mejju 2009, Fiorucci vs UASI – Edwin (ELIO FIORUCCI), T‑165/06, EU:T:2009:157, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata).

51

Barra minn hekk, ir-rikorrenti lanqas ma stabbilixxiet li l-pubbliku rilevanti għandu jifhem it-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni bħala li tfisser “gżira” bid-Daniż.

52

F’dak li jirrigwarda l-fatt li dan il-pubbliku għandu allegatament jifhem l-ittra “Ø” bħala li tindika ċ-ċifra 0 fil-matematika, għandu neċessarjament jiġi kkonstatat li din l-allegazzjoni hija sostnuta biss mid-dikjarazzjonijiet tar-rikorrenti dwar l-użu li hija tagħmel minn din l-ittra fi trade marks li huma proprjetà tagħha. Issa, peress li dawn id-dikjarazzjonijiet ma jirrigwardawx l-ittra “Ø” waħedha, dawn huma irrilevanti sabiex jiġi stabbilit is-sinjifikat ta’ din l-ittra għall-pubbliku, anki jekk jitqies li tali użu huwa stabbilit.

53

Fir-rigward tal-allegazzjoni li l-pubbliku rilevanti għandu jifhem l-ittra “Ø” bħala li tindika d-dijametru ta’ oġġett, għandu neċessarjament jitqies li din l-allegazzjoni hija, hekk kif ġustament josserva l-EUIPO, sostnuta biss, fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, mill-provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali, jiġifieri l-Annessi A.7, A.8 u A.9 tar-rikors. Issa, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 50 iktar ’il fuq, tali provi huma inammissibbli.

[omissis]

Fuq l-ispejjeż

[omissis]

63

Sa fejn l-intervenjenti ma talbitx li r-rikorrenti tiġi kkundannata għall-ispejjeż, hija għandha tbati, konformement mal-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura, l-ispejjeż rispettivi tagħha.

64

Fir-rigward tat-talbiet tar-rikorrenti intiżi sabiex l-intervenjenti tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż relatati mal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, peress li din is-sentenza tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata, huwa l-punt 2 tad-dispożittiv ta’ din tal-aħħar li jkompli jirregola l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u fil-proċedimenti ta’ appell quddiem l-EUIPO (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Ottubru 2017, Aldi vs EUIPO – Sky (SKYLITe), T‑736/15, mhux ippubblikat, EU:T:2017:729, punt 131.

Għal dawn ir-raġunijiet,

IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)

taqta’ u tiddeċiedi:

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cole Haan LLC hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Samsøe & Samsøe Holding A/S għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Spielmann Öberg Mastroianni

Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu fl 14 ta’ Lulju 2021.

Firem

( * ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.