18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/44


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ottubru 2020 – DS vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-565/20)

(2021/C 19/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DS

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk tal-persunal stess ta’ trasportatur tal-ajru wara sejħa mis-sindakat jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.