7.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Szczecinie (il-Polonja) fis-6 ta’ Awwissu 2020 – A.M. vs Dyrektor Z. Oddziału Regionalnego Agencji Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa
(Kawża C-373/20)
(2020/C 423/26)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny w Szczecinie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A.M.
Konvenut: Dyrektor Z. Oddziału Regionalnego Agencji Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa
Domanda preliminari
L-interpretazzjoni mill-korpi nazzjonali tad-definizzjoni ta’ “mergħat permanenti” li tinsab fl-Artikolu 2(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (1), fis-sens li l-għargħar naturali perjodiċi ta’ mergħat u ta’ bwar li jinsabu f’żona ta’ protezzjoni ambjentali speċjali (sit ta’ Natura 2000; il-park pajsaġġistiku ta’ Ińsko) jirriżultaw fl-issuġġettar ta’ dawn l-artijiet għall-hekk imsejħa “newba tal-uċuħ tar-raba’” u jagħtu lok għall-interruzzjoni tal-perijodu ta’ ħames snin (jew iktar) ta’ nuqqas ta’ ssuġġettar għal din in-“newba tal-uċuħ tar-raba’”, li konsegwentement jikkostitwixxi wkoll bażi għat-tneħħija jew għal-limitar tal-ħlas agro-ambjentali lill-bidwi, kif ukoll għal konsegwenzi finanzjarji oħra marbuta mal-interruzzjoni tal-kontinwità tal-perijodu ta’ ħames snin għat-twettiq tal-programm agro-ambjentali, hija korretta?