23.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/7 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – EL, CP vs Ryanair DAC
(Kawża C-287/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(3) - Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet - Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens - Kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” - Strajk tal-ekwipaġġ tal-kabina u tal-bdoti - Ċirkustanzi “interni” u “esterni” għall-attività tat-trasportatur bl-ajru li jopera - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 12 u 28 - Assenza ta’ ksur għal-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni tal-ħaddiema kif ukoll għad-dritt ta’ negozjar tat-trasportatur bl-ajru)
(2022/C 207/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EL, CP
Konvenut: Ryanair DAC
Dispożittiv
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni industrijali wara s-sejħa ta’ sindakat tal-ekwipaġġ tal-kabina u tal-bdoti ta’ trasportatur bl-ajru li jopera u intiża sabiex jitressqu it-talbiet ta’ dawn il-ħaddiema ma taqax taħt il-kunċett ta’ “ċirkustanza straordinarja”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bl-eżistenza ta’ negozjati preliminari mar-rappreżentanti tal-ħaddiema tkun irrilevanti f’dan ir-rigward.