19.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – PJ vs Agenzia delle dogane e dei monopoli – Ufficio dei monopoli per la Toscana, Ministero dell’Economia e delle Finanze
(Kawża C-452/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2014/40/UE - Artikolu 23(3) - Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk - Projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri - Sistema ta’ sanzjonijiet - Sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi - Obbligu, għall-bejjiegħa ta’ prodotti tat-tabakk, li jivverifikaw l-età tax-xerrej mal-bejgħ ta’ dawn il-prodotti - Multa - Operat ta’ bar-tabakkerija - Sospensjoni tal-liċenzja ta’ operat għal perijodu ta’ ħmistax-il ġurnata - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ prekawzjoni)
(2022/C 165/14)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: PJ
Konvenut: Agenzia delle dogane e dei monopoli – Ufficio dei monopoli per la Toscana, Ministero dell'Economia e delle Finanze
Dispożittiv
Il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ tal-ewwel ksur tal-projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk lill-minuri, tipprevedi, minbarra l-impożizzjoni ta’ multa amministrattiva, is-sospensjoni tal-liċenzja tal-operat li tawtorizza lill-operatur ekonomiku li jkun kiser din il-projbizzjoni li jbigħ tali prodotti għal perijodu ta’ ħmistax-il ġurnata, sakemm tali leġiżlazzjoni ma teċċedix il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju għat-twettiq tal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ tnaqqis, b’mod partikolari, tal-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ.