17.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/93


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2019 — Jakober vs EUIPO (Forma ta’ tazza)

(Kawża T-262/19)

(2019/C 206/82)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Philip Jakober (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Klink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (forma ta’ tazza) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 963 994

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1153/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ r-rikors u billi tawtorizza, konsegwentement, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 963 994 fir-Reġistru tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u/jew tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.