20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/42


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2019 — Puma v EUIPO (SOFTFOAM)

(Kawża T-182/19)

(2019/C 172/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva SOFTFOAM — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 363 318

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1399/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.