Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Frar 2020 – Bilde vs Il‑Parlament

(Kawża T‑248/19)

“Privileġġi u immunitajiet – Membru tal-Parlament – Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Electa una via – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Użu ħażin ta’ poter”

1. 

Privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea – Membri tal-Parlament Ewropew – Immunità – Talba għat-tneħħija tal-immunità – Setgħa diskrezzjonali tal-Parlament – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 9)

(ara l-punti 19, 20)

2. 

Privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea – Membri tal-Parlament Ewropew – Immunità – Talba għat-tneħħija tal-immunità – Komunikazzjoni ta’ kumitat tal-Parlament dwar il-prassi fil-qasam tal-privileġġi u tal-immunitajiet tal-Membri – Effetti legali

(Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 9)

(ara l-punti 23, 24)

3. 

Il-Parlament Ewropew – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Parlament li tordna l-irkupru ta’ somma mħallsa indebitament fir-rigward tal-assistenza parlamentari – Ksur tal-prinċipju ta’ electa una via – Ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem – Assenza

(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68)

(ara l-punti 38, 39, 41 sa 43)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament P8_TA(2019)0137 tat-12 ta’ Marzu 2019 li tneħħi l-immunità parlamentari tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Dominique Bilde għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew.