21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2021 – Correia vs KESE

(Kawża T-843/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-KESE - Membri tal-persunal temporanju - Rifjut ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid - Rikors għal annullament - Terminu għat-tressiq ta’ lment - Oneru tal-prova tal-qbiż tat-terminu - Att li jikkawża preġudizzju - Ammissibbiltà - Ugwaljanza fit-trattament - Ċertezza legali - Rikors għad-danni - Dannu morali”)

(2021/C 242/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paula Correia (Woluwe-Saint-Étienne, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, X. Chamodraka u K. Gambino, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-KESE, li ġiet adottata f’data mhux magħrufa mir-rikorrenti u li din tal-aħħar saret taf biha fit-12 ta’ April 2019, li rrifjutat li tikklassifikaha mill-ġdid fil-grad AST 7 abbażi tal-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2019 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu morali li r-rikorrenti ġarrbet minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) li tirrifjuta l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ Paula Correia għall-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2019 hija annullata.

2)

Il-KESE huwa kkundannat iħallas lil P. Correia somma ta’ EUR 2 000 għad-dannu morali li ġarrbet.

3)

Il-KESE huwa kkundannat għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.