9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – BZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-336/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Tkeċċija minħabba inkapaċità manifesta - Proporzjonalità - Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Responsabbiltà”)

(2020/C 77/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BZ (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, B. Mongin u M. Brauhoff, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 2018 li għandha bħala suġġett it-tkeċċija tar-rikorrenti minħabba inkapaċità manifesta wara rapport dwar il-perijodu ta’ prova antiċipat u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-danni materjali u morali li allegatament sofriet ir-rikorrenti minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2018 li għandha bħala suġġett it-tkeċċija ta’ BZ hija annullata.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 255, 29.7.2019.