20.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – DY, EX vs BNP Paribas Personal Finance SA
(Kawża C-781/19)
(2020/C 19/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DY, EX
Konvenuta: BNP Paribas Personal Finance SA
Domandi preliminari
1) |
Id-Direttiva Nru 93/13 (1), interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, tipprekludi, f’proċess bħal dak fil-kawża prinċipali, l-applikazzjoni tar-regoli ta’ preskrizzjoni, fil-każijiet li ġejjin: (a) id-dikjarazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola, (b) il-ħlasijiet lura eventwali (ċ) meta l-konsumatur huwa l-applikant u (d) meta l-konsumatur huwa l-konvenut, inkluża kontrotalba? |
2) |
F’każ ta’ risposta totalment jew parzjalment negattiva għall-ewwel domanda, id-Direttiva Nru 93/13, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, tipprekludi, f’proċess bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-applikazzjoni ta’ ġurisprudenza nazzjonali li tistabbilixxi il-punt tat-tluq tat-terminu ta’ preskrizzjoni fid-data li fiha l-offerta ta’ self ġiet aċċettata, pjuttost mid-data li fiha seħħew diffikultajiet finanzjarji gravi? |
3) |
Klawżoli bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu b’mod partikolari li l-frank Svizzeru hija l-munita tal-kont u l-euro l-munita ta’ ħlas, li għandhom bħala effett li jqiegħdu r-riskju tal-munita fuq min jissellef, jaqgħu taħt l-għan prinċipali tal-kuntratt fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 fl-assenza ta’ kontestazzjoni tal-ammont tal-ispejjeż tal-munita u fil-preżenza ta’ klawżoli li jipprevedu, fid-dati stabbiliti, il-possibbiltà għal min jissellef li jeżerċita għażla ta’ konverżjoni f’euro skont formula predeterminata? |
4) |
Id-Direttiva Nru 93/13, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-Dritt [tal-Unjoni], tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis li klawżola jew sett klawżoli, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma “ċari u komprensibbli” fis-sens tad-Direttiva, minħabba li:
|
5) |
Fl-eventwalità ta’ risposta pożittiva għar-raba’ domanda, id-Direttiva Nru 93/13 interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt [tal-Unjoni], tipprekludi ġurisprudenza li tqis li klawżola jew sett ta’ klawżoli, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma “ċari u komprensibbli” fis-sens tad-direttiva, peress li jiżdiedu waħedhom mal-elementi li jaqgħu taħt ir-raba’ domanda, simulazzjoni ta’ waqgħa ta’ 5.37 % tal-munita ta’ regolazzjoni meta mqabbla mal-munita tal-kont, f’kuntratt ta’ tul inizzjali ta’ 25 sena, u mingħajr riferiment ieħor għat-termini bħal “riskju” jew “diffikultà”? |
6) |
L-oneru tal-prova tan-natura “ċara u komprensibbli” ta’ klawżola fis-sens tad-Direttiva 93/13 jaqa’, inklużi dwar iċ-ċirkustanzi madwar il-konklużjoni tal-kuntratt, fuq il-professjonist jew fuq il-konsumatur? |
7) |
Għalkemm l-oneru tal-prova tan-natura ċara u komprensibbli tal-klawżola jaqa’ fuq il-professjonist, id-Direttiva 93/13 tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis, fil-preżenza ta’ dokumenti dwar tekniki ta’ bejgħ, li jaqa’ fuq min isellef li jipprova, minn naħa, li ġew iddestinati b’informazzjoni li jinsabu f’dawn id-dokumenti u, min-naħa l-oħra, li hija l-bank li indirizzathom, jew, bil-kontra, jeħtieġ li dawn l-elementi jikkostitwixxu preżunzjoni li l-informazzjoni li ntstabet f’dawn id-dokumenti ġiet trażmessa, inkluż verbalment, lil min isellef, preżunzjoni sempliċi li taqa’ fuq il-professjonist, li għandu jirrispondi b’informazzjoni kkomunikata mill-intermedjarji li għażel, li jirrifjutaw? |
8) |
L-eżistenza ta’ żbilanċ sinjifikattiv tista’ tkun ikkaratterizzata f’kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fih iż-żewġ partijiet jissubixxu riskju ta’ kambju, peress li, minn naħa, il-professjonist għandu mezzi superjuri għall-konsumatur biex jantiċipa ir-risju tal-kambju u li, minn naħa l-oħra, ir-riskju sostnut mill-professjonist huwa b’kappa filwaqt li dak sostnut mill-konsumatur ma huwiex? |
(1) Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).