13.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 10/23 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2019 minn Klaus Nonnemacher mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-20 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-390/18 – Klaus Nonnemacher vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-660/19)
(2020/C 10/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Klaus Nonnemacher (rappreżentant: C. Rohnke, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Paul Ingram
B’digriet tad-19 ta’ Novembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellant għall-ispejjeż tiegħu stess.