30.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-12 ta’ Lulju 2019 — A vs Latvijas Republikas Veselības ministrija

(Kawża C-535/19)

(2019/C 328/29)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Parti oħra fil-proċedura ta’ kassazzjoni: Latvijas Republikas Veselības ministrija

Domandi preliminari

1)

Il-kura tas-saħħa pubblika għandha titqies bħala inkluża fil-“benefiċċji marbutin mal-mard” fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 883/2004 (1)?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, jistgħu l-Istati Membri, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38 (2), sabiex jiġu evitati t-talbiet sproporzjonati ta’ benefiċċji soċjali intiżi sabiex jiżguraw il-kura tas-saħħa, jirrifjutaw li tali benefiċċji, li jingħataw liċ-ċittadini tagħhom u lill-membri tal-familja ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni li jkollu l-istatus ta’ ħaddiem li jinsabu fl-istess sitwazzjoni, jingħataw ukoll liċ-ċittadini tal-Unjoni li dak iż-żmien ma jkollhomx l-istatus ta’ ħaddiem?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Istati Membri jistgħu, skont l-Artikoli 18 u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38, sabiex jevitaw talbiet sproporzjonati għal benefiċċji soċjali intiżi sabiex jiżguraw il-kura tas-saħħa, jirrifjutaw li tali benefiċċji, li jingħataw liċ-ċittadini tagħhom u lill-membri tal-familja ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni li jkollu l-istatus ta’ ħaddiem li jinsabu fl-istess sitwazzjoni, jingħataw ukoll liċ-ċittadini tal-Unjoni li dak iż-żmien ma jkollhomx l-istatus ta’ ħaddiem?

4)

Sitwazzjoni li fiha ċittadin tal-Unjoni Ewropea, li jeżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu, jiġi rrifjutat id-dritt li jirċievi servizzi ta’ kura tas-saħħa pubblika ffinanzjati mill-Istat fl-Istati Membri kollha involuti fil-każ preżenti hija konformi mal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004?

5)

Sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni Ewropea, li jeżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu, jiġi rrifjutat id-dritt li jirċievi servizzi ta’ kura tas-saħħa pubblika ffinanzjati mill-Istat fl-Istati Membri kollha involuti fil-każ preżenti hija konformi mal-Artikoli 18, 20(1) u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?

6)

Il-legalità tar-residenza, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38, għandha tinftiehem bħala li tagħti lil persuna d-dritt ta’ aċċess għas-sistema tas-sigurtà soċjali kif ukoll fis-sens li tista’ tkun raġuni sabiex hija tiġi eskluża mis-sigurtà soċjali? B’mod partikolari, fil-każ preżenti, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni li l-fatt li r-rikorrent għandu assigurazzjoni għall-mard kompleta, li tikkostitwixxi waħda mill-prerekwiżiti għal-legalità tar-residenza skont id-Direttiva 2004/38, jista’ jiġġustifika r-rifjut li jiġi inkluż fis-sistema tal-kura tas-saħħa ffinanzjata mill-Istat?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).

(2)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).