31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Ramada Storax SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-756/19) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 90 u 273 - Valur taxxabbli - Tnaqqis - Nuqqas ta’ ħlas - Insolvenza tad-debitur iddomiċiljat barra mill-pajjiż - Deċiżjoni mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru ieħor li tiċċertifika n-natura irrekuperabbli tad-djun mitluba - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità”)

(2020/C 287/35)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ramada Storax SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikoli 90 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li abbażi tagħha d-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa u relatata ma’ djun ikkunsidrati bħala irrekuperabbli fi tmiem proċedura ta’ falliment huwa miċħud lill-persuna taxxabbli meta n-natura irrekuperabbli tad-djun ikkonċernati ġiet ikkonstatata minn qorti ta’ Stat Membru ieħor fuq il-bażi tad-dritt fis-seħħ f’dan l-Istat tal-aħħar.


(1)  ĠU C 19, 20.1.2020.