23.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Köln – il-Ġermanija) – KA
(Kawża C-937/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1072/2009 - Artikolu 1(5)(d) - Artikolu 8 - Trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq li jitlaq minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor - Trasport b’kabotaġġ wara dan it-trasport internazzjonali fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat Membru - Restrizzjonijiet - Rekwiżit ta’ liċenzja Komunitarja u, jekk ikun il-każ, ta’ awtorizzazzjoni ta’ trasport - Eċċezzjonijiet - Trasport b’kabotaġġ wara trasport internazzjonali għall-kont proprju - Kundizzjonijiet)
(2021/C 338/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
KA
fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Köln, Bundesamt für Güterverkehr
Dispożittiv
Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur li jkun wettaq trasport internazzjonali ta’ merkanzija għall-kont proprju, fis-sens tal-Artikolu 1(5)(d) ta’ dan ir-regolament, li jitlaq minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor, huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 8(6) tal-imsemmi regolament, iwettaq trasport b’kabotaġġ wara dan it-trasport internazzjonali fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat Membru, bil-kundizzjoni madankollu li jiġu osservati l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(2) sa (4) tal-imsemmi regolament.