6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 490/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona – Spanja) – Sumal, S.L. vs Mercedes Benz Trucks España, S.L.

(Kawża C-882/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Kumpens għad-dannu kkawżat minn prattika pprojbita mill-Artikolu 101(1) TFUE - Determinazzjoni tal-entitajiet responsabbli għall-ħlas tal-kumpens - Azzjoni għad-danni diretta kontra s-sussidjarja ta’ kumpannija omm u mressqa wara deċiżjoni li tikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ din l-unika kumpannija omm f’akkordju - Kunċett ta’ impriża - Kunċett ta’ “unità ekonomika”)

(2021/C 490/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sumal, S.L.

Konvenut: Mercedes Benz Trucks España, S.L.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-vittma ta’ prattika antikompetittiva ta’ impriża tista’ tressaq azzjoni għad-danni mingħajr distinzjoni kontra kumpannija omm li tkun ġiet issanzjonata mill-Kummissjoni Ewropea abbażi ta’ din il-prattika f’deċiżjoni jew kontra sussidjarja ta’ din il-kumpannija li ma tkunx koperta minn din id-deċiżjoni peress li flimkien jikkostitwixxu unità ekonomika. Il-kumpannija sussidjarja kkonċernata għandha tkun tista’ tinvoka b’mod utli d-drittijiet tad-difiża tagħha sabiex turi li hija ma hijiex parti mill-imsemmija impriża u, meta ebda deċiżjoni ma tkun ġiet adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 101 TFUE, hija għandha wkoll id-dritt li tikkontesta r-realtà nnifisha tal-allegat aġir li jikkostitwixxi ksur.

2)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà li r-responsabbiltà tal-aġir ta’ kumpannija tiġi imputata lil kumpannija oħra biss fil-każ fejn it-tieni kumpannija tkun tikkontrolla l-ewwel kumpannija.


(1)  ĠU C 87, 16.3.2020.