13.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 502/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Thüringer Finanzgericht – il-Ġermanja) – Beeren-, Wild-, Feinfrucht GmbH vs Hauptzollamt Erfurt

(Kawża C-825/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Proċedura ta’ użu aħħari - Awtorizzazzjoni b’effett retroattiv - Regolament (UE) Nru 952/2013 - Kodiċi Doganali tal-Unjoni - Artikolu 211(2) - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Kundizzjonijiet - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 294(2) - Portata)

(2021/C 502/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Thüringer Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Beeren-, Wild-, Feinfrucht GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Erfurt

Dispożittiv

1.

L-Artikolu 211(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal applikazzjoni għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni b’effett retroattiv imressqa qabel l-1 ta’ Mejju 2016, data li fiha dan l-artikolu sar applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 288(2) ta’ dan ir-regolament, anki jekk id-deċiżjoni li taqta’ din l-applikazzjoni tkun ġiet adottata wara din id-data.

2.

L-Artikolu 294(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1602/2000 tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Lulju 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għoti, mill-awtoritajiet doganali, ta’ awtorizzazzjoni ġdida b’effett retroattiv għal tranżazzjonijiet u merkanzija tal-istess natura bħal dawk li jkunu s-suġġett tal-awtorizzazzjoni inizjali ma huwiex suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 77, 09.03.2020.