20.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Lulju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-791/91) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sistema dixxiplinari applikabbli għall-imħallfin - Stat tad-dritt - Indipendenza tal-imħallfin - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Ksur dixxiplinari minħabba l-kontenut ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji - Qrati dixxiplinari indipendenti u stabbiliti bil-liġi - Osservanza tat-terminu raġonevoli u tad-drittijiet tad-difiża fil-proċeduri dixxiplinari - Artikolu 267 TFUE - Limitazzjoni tad-dritt u tal-obbligu tal-qrati nazzjonali li jressqu talbiet għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja)
(2021/C 382/02)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment K. Banks, S. L. Kalėda u H. Krämer, sussegwentement K. Banks, S. L. Kalėda u P. J. O. Van Nuffel, aġenti)
Konvenut: Ir-Reppubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, D. Kupczak, S. Żyrek, A. Dalkowska u A. Gołaszewska, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, M. Jacobs u L. Van den Broeck, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment M. Wolff, M. Jespersen u J. Nymann-Lindegren, sussegwentement M. Wolff u J. Nymann-Lindegren, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman u J. Langer, aġenti), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: M. Pere u H. Leppo, aġenti), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: C. Meyer-Seitz, H. Shev, A. Falk, J. Lundberg u H. Eklinder, aġenti)
Dispożittiv
1) |
|
2) |
Billi ppermettiet li d-dritt tal-qrati li jressqu talbiet għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jiġi limitat bil-possibbiltà li tinbeda proċedura dixxiplinari, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa tat-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 267 TFUE. |
3) |
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
4) |
Ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |