20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ April 2022 – Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Hyet Sweet SAS

(Kawża C-666/19 P) (1)

(Appell - Dumping - Importazzjonijiet ta’ aspartam li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Regolamenti Nru 1225/2009 u 2016/1036 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Artikolu 2(7) - Status ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq - Rifjut - Artikolu 2(10) - Aġġustamenti - Oneru tal-prova - Artikolu 3 - Determinazzjoni tad-dannu - Dmir ta’ diliġenza tal-Kummissjoni Ewropea)

(2022/C 237/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, dikigoros, u P. Billiet, avocat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn T. Maxian Rusche u N. Kuplewatzky, sussegwentement minn T. Maxian Rusche u A. Demeneix u finalment minn T. Maxian Rusche u K. Blanck, bħala aġenti), Hyet Sweet SAS

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 383, 11.11.2019