25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil de prud’hommes de Metz – Franza) – Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle vs Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle

(Kawża C-463/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza tal-opportunitajiet u ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikoli 14 u 28 - Ftehim kollettiv nazzjonali li jagħti d-dritt għal leave wara l-leave legali tal-maternità għall-ħaddiema nisa li jrabbu huma stess lill-wild tagħhom - Esklużjoni tad-dritt għal dan il-leave għall-ħaddiema rġiel - Protezzjoni tal-ħaddiema mara kemm fir-rigward tal-konsegwenzi tat-tqala kif ukoll tal-kundizzjoni tal-maternità tagħha - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni)

(2021/C 28/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil de prud’hommes de Metz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle

Konvenut: Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle

fil-preżenza ta’: Mission nationale de contrôle et d’audit des organismes de sécurité sociale

Dispożittiv

L-Artikoli 14 u 28 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, moqrija fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux id-dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv nazzjonali li jirriżerva għall-ħaddiema nisa li jrabbu huma stess lill-wild tagħhom id-dritt għal leave wara l-iskadenza tal-leave legali tal-maternità, bil-kundizzjoni li dan il-leave supplimentari jkun intiż għall-protezzjoni tal-ħaddiema nisa fir-rigward kemm tal-konsegwenzi tat-tqala kif ukoll tal-kundizzjoni tal-maternità tagħhom, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, billi tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-imsemmi leave, il-modalitajiet u t-tul tiegħu kif ukoll il-livell ta’ protezzjoni ġuridika relatat miegħu.


(1)  ĠU C 280, 19.8.2019.