21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/62


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2018 – Kalypso Media Group vs EUIPO – Wizards of the Coast (DUNGEONS)

(Kawża T-700/18)

(2019/C 25/81)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kalypso Media Group GmbH (Worms, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wizards of the Coast LLC (Pawtucket, Rhode Island, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “DUNGEONS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 271 838

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 599/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.