3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/56


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs BĊE

(Kawża T-577/18)

(2018/C 436/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit agricole Corporate and Investment Bank (Montrouge, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, abbażi tal-Artikoli 256 u 263 TFUE, id-Deċiżjoni ECB-SSM-2018-FRCAG-76 adottata mill-BĊE fis-16 ta’ Lulju 2018;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-576/18, Crédit agricole vs BĊE.