26.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/93


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2018 – Agrochem-Maks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-574/18)

(2018/C 427/122)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Agrochem-Maks d.o.o. (Zagreb, il-Kroazja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1019 (1);

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu tal-amministrazzjoni li timmotiva d-deċiżjonijiet tagħha skont l-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(f) jew tal-punt 2.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2) u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għal dak li jikkonċerna l-allegati lakuni fid-data dwar is-sustanza attiva li għaliha qed tintalab l-approavzzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ prekawzjoni għal dak li jikkonċerna l-allegati punti li ma setgħux jiġu ffinalizzati fil-kuntest tal-evalwazzjoni tar-riskji.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għal dak li jikkonċerna l-identifikazzjoni ta’ riskju għoli għall-organiżmi akwatiċi.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1019 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva oksasulfuron, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2018, L 183, p. 14).

(2)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1).