201806150591955012018/C 231/482682018TC23120180702MT01MTINFO_JUDICIAL20180427383811

Kawża T-268/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Sandrone vs EUIPO – J. Garcia Carrion (Luciano Sandrone)


C2312018MT3810120180427MT0048381381

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2018 – Sandrone vs EUIPO – J. Garcia Carrion (Luciano Sandrone)

(Kawża T-268/18)

2018/C 231/48Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Luciano Sandrone (Barolo, l-Italja) (rappreżentant: A. Borra, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: J. Garcia Carrion, SA (Jumilla, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Luciano Sandrone” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 416 598

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 1207/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Assenza ta’ prova ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti konformement mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.