201806150601955282018/C 231/342302018TC23120180702MT01MTINFO_JUDICIAL20180406272821

Kawża T-230/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2018 – Czarnecki vs Il-Parlament


C2312018MT2710120180406MT0034271282

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2018 – Czarnecki vs Il-Parlament

(Kawża T-230/18)

2018/C 231/34Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ryszard Czarnecki (Varsarvja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Frar 2018;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat, minn naħa, fuq il-ksur tad-dritt għall-preżunzjoni ta’ innoċenza, tad-dritt għad-difiża u tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, u, min-naħa l-oħra, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq “fumus persecutionis” u fuq abbuż ta’ poter.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.