16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/23


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Torro Entertainment vs EUIPO – Grupo Osborne (TORRO Grande Meat in Style)

(Kawża T-63/18)

(2018/C 134/33)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Torro Entertainment (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kostov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TORRO Grande Meat in Style – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 744 452

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1776/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Grupo Osborne S.A. għall-ispejjeż ta’ “Torro Entertainment” Ltd. fir-rigward tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u fir-rigward tal-proċedimenti ta’ appell u ta’ oppożizzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-obbligu ta’ diliġenza.