18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 – Aquind vs ACER

(Kawża T-735/18) (1)

(“Enerġija - Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 - Deċiżjoni tal-ACER li tiċħad talba għal eżenzjoni dwar l-interkonnessjonijiet tal-elettriku ġodda - Appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell tal-ACER - Intensità tal-istħarriġ”)

(2021/C 19/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aquind Ltd (Wallsend, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Goldberg, C. Davis, solicitors u E. White, aukat)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rrappreżentati: P. Martinet, E. Tremmel, C. Gence-Creux u A. Hofstadter, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni A-001–2018 tal-Bord tal-Appell tal-ACER, tas-17 ta’ Ottubru 2018, li permezz tagħha ġiet ikkonfermata d-Deċiżjoni Nru 05/2018 tal-ACER, tad-19 ta’ Ġunju 2018, li tiċħad talba għal eżenzjoni dwar interkonnessjoni tal-elettriku li tgħaqqad in-networks ta’ trażmissjoni tal-elettriku Brittaniku u dak Franċiż, u, min-naħa l-oħra, tal-imsemmija deċiżjoni tal-ACER.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni A-001-2018 tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) tas-17 ta’ Ottubru 2018 hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-ACER għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Aquind Ltd.


(1)  ĠU C 103, 18.3.2019.