5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Ortlieb Sportartikel vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ Poligonu ottagonali)

(Kawża T-449/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta poligonu ottagonali - Raġuni assolut għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 263/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ortlieb Sportartikel GmbH (Heilsbronn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Wulff u K. Schmidt-Hern, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2018 (Każ R 1634/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta poligonu ottagonali bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ortlieb Sportartikel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311,3.9.2019.