3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – WM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/338/17 - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li teskludi lir-rikorrent mill-fażi sussegwenti tal-kompetizzjoni - Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Artikolu 1(d)(1), (4) u (5) tar-Regolamenti tal-Persunal - Akkomodament raġonevoli - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà - Direttiva 2000/78/KE - Responsabbiltà - Dannu materjali u morali”)

(2022/C 2/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: WM (rappreżentant: B. Entringer, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/338/17, tas-27 ta’ Settembru 2017, li teskludi lir-rikorrent mill-fażi sussegwenti tal-kompetizzjoni kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-19 ta’ April 2018 li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li huwa allegatament ġarrab insegwitu ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.