26.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2021 – Roland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-132/18) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam - Eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 - Impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv u ġbir definittiv tad-dazju provviżorju - Tkomplija tal-proċedura li ppreċediet ir-regolamenti ddikkjarati invalidi - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Trattament individwali - Analiżi dokumentarja - Assenza ta’ talba għal informazzjoni addizzjonali u għal żjara ta’ verifika - Nuqqas ta’ rimbors tad-dazji antidumping - Bażi legali - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Nuqqas ta’ retroattività - Proporzjonalità - Nondiskriminazzjoni - Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2016/1036) - Prassi deċiżjonali preċedenti - Kompetenza tal-awtoritajiet u tal-qrati nazzjonali”)

(2021/C 297/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Roland SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. De Knop, A. Willems u B. Natens, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2232 tal-4 ta’ Diċembru 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u li huma prodotti minn ċerti produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Vjetnam u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017, L 319, p. 30)).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Roland SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.