22.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 62/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – International Skating Union vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-93/18) (1)
(“Kompetizzjoni - Assoċjazzjoni ta’ impriżi - Kompetizzjonijiet ta’ pattinaġġ veloċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Regoli ta’ federazzjoni sportiva - Konċiljazzjoni bejn id-dritt tal-kompetizzjoni u l-ispeċifiċità tal-isport - Imħatri sportivi - Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport - Linji gwida għall-kalkoli ta’ multi - Kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-Artikolu 101 TFUE - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Miżuri korrettivi”)
(2021/C 62/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: International Skating Union (Lausanne, l-Isvizzera) (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, G. Meessen u F. van Schaik, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Mark Jan Hendrik Tuitert (Hoogmade, il-Pajjiżi l-Baxxi), Niels Kerstholt (Zeist, il-Pajjiżi l-Baxxi), European Elite Athletes Association (Amsterdam, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentanti: B. Braeken u J. Versteeg, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 8230 final tat-8 ta’ Diċembru 2017 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/40208 – Regoli ta’ Eliġibilità tal-Unjoni Internazzjonali tal-Pattinaġġ)
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 2 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 8230 final tat-8 ta’ Diċembru 2017 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/40208 – Regoli ta’ Eliġibilità tal-Unjoni Internazzjonali tal-Pattinaġġ) huma annullati sa fejn, meta tordna lill-International Skating Union ittemm il-ksur ikkonstatat taħt piena ta’ pagament ta’ penalità, il-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli ta’ arbitraġġ u teżiġi li jiġu emendati fil-każ li tinżamm is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
L-International Skating Union u l–Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |
4) |
Il-European Elite Athletes Association, Jan Hendrik Tuitert u Niels Kersholt għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |