25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – FV vs Il-Kunsill

(Kawża T-27/18 RENV) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2013 - Interess ġuridiku - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dmir ta’ premura”)

(2019/C 399/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FV (rappreżentanti: inizjalment L. Levi, sussegwentement É. Boigelot, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FV hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fil-Kawża F-40/15 u għall-ispejjeż relatata ma’ din il-proċedura ta’ rinviju.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti fil-Kawża T-639/16 P.


(1)  ĠU C 178, 1.6.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-40/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Settembru 2016).