18.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Settembru 2018 – Solvay Chemicals GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-561/18)

(2019/C 103/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Solvay Chemicals GmbH

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

B’digriet tas-6 ta’ Frar 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ddeċidiet:

Id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u tal-punt 20(B) tal-Anness IV ta’ dan ir-regolament, sa fejn dawn jinkludu sistematikament fl-emissjonijiet tal-installazzjoni ta’ produzzjoni ta’ soda d-dijossidu tal-karbonju (CO2) ittrasferit lejn installazzjoni oħra għall-produzzjoni ta’ karbonat tal-kalċju preċipitat, kemm jekk dan id-dijossidu tal-karbonju jiġix irrilaxxat jew le fl-atmosfera, huma invalidi.


(1)  ĠU 2012, L 181, p. 30, rettifika fil-ĠU 2012, L 347, p. 43.