5.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Lulju 2018 – AV, BU vs Comune di Bernareggio
(Kawża C-465/18)
(2018/C 399/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AV, BU
Konvenut: Comune di Bernareggio
Domanda preliminari
Il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni u ta’ moviment liberu tal-ħaddiema msemmija fl-Artikoli 45, 49 sa 56 u 106 TFUE, kif ukoll fl-Artikoli 15 u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u r-rekwiżit ta’ proporzjonalità u natura raġonevoli li jirriżulta minnhom, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 12(2) tal-Liġi Nru 362/1991, li, fil-każ ta’ trasferiment tal-proprjetà tal-ispiżerija tal-komun, tagħti d-dritt ta’ prelazzjoni lill-impjegati tal-imsemmija spiżerija?