14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/26


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 minn UF mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-7 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-422/17, UF vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-300/18 P)

(2019/C 16/33)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Appellant: UF (rappreżentant: L. Gudaitė, advokatė)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Ottubru 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddeċidiet li l-appell huwa manifestament infondat.