201807200342013162018/C 276/272982018CJC27620180806MT01MTINFO_JUDICIAL20180502192022

Kawża C-298/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Cottbus – Kammern Senftenberg (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Mejju 2018 – Reiner Grafe u Jürgen Pohle vs Südbrandenburger Nahverkehrs GmbH u OSL Bus GmbH


C2762018MT1920120180502MT0027192202

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Cottbus – Kammern Senftenberg (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Mejju 2018 – Reiner Grafe u Jürgen Pohle vs Südbrandenburger Nahverkehrs GmbH u OSL Bus GmbH

(Kawża C-298/18)

2018/C 276/27Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Cottbus – Kammern Senftenberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Reiner Grafe, Jürgen Pohle

Konvenuti: Südbrandenburger Nahverkehrs GmbH, OSL Bus GmbH

Domandi preliminari

1)

It-trasferiment ta’ negozju li jinvolvi l-operat ta’ rotot tal-karozzi tal-linja minn impriża ta’ karozzi tal-linja lil oħra fuq il-bażi ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt taħt id-Direttiva 92/50/KEE dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi ( 1 ) jikkostitwixxi trasferiment ta’ negozju fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 77/187/KEE ( 2 ), u dan anki meta ebda riżorsi sinjifikattivi tan-negozju, u b’mod partikolari ebda karozza tal-linja, ma jkunu ġew ittrasferiti bejn iż-żewġ impriżi msemmija?

2)

Il-fatt li, f’sitwazzjoni fejn il-kuntratt għal provvista ta’ servizzi jingħata għal perijodu ddeterminat, il-karozzi tal-linja ma jkunx għad għandhom, skont deċiżjoni kummerċjali raġonevoli, importanza kunsiderevoli għall-valur tan-negozju minħabba l-età tagħhom u minħabba rekwiżiti tekniċi iktar onerużi (valuri ta’ emissjonijiet, karozzi bi pjattaforma baxxa), jiġġustifika li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel eċċezzjoni mis-sentenza tagħha tal-25 ta’ Jannar 2001, Liikenne (C-172/99, EU:C:2001:59) fis-sens li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li l-parti essenzjali tal-persunal ġiet ittrasferita jista’ jwassal għall-applikabbiltà tad-Direttiva 77/187/KEE?


( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322).

( 2 ) Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE tal-14 ta’ Frar 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozji jew ta’ partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU 1977, L 61, p. 26).