201806290131986472018/C 249/122532018CJC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL201804128922

Kawża C-253/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-12 ta’ April 2018 – Stadt Euskirchen vs Rhenus Veniro GmbH & Co. KG


C2492018MT820120180412MT00128292

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-12 ta’ April 2018 – Stadt Euskirchen vs Rhenus Veniro GmbH & Co. KG

(Kawża C-253/18)

2018/C 249/12Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stadt Euskirchen

Konvenuta: Rhenus Veniro GmbH & Co. KG

Partijiet oħra fil-proċedura: SVE Stadtverkehr Euskirchen GmbH, RVK Regionalverkehr Köln GmbH

Domanda preliminari

Il-punt (e) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ( 1 ), billi jimponi fuq l-operatur intern l-obbligu li jipprovdi huwa nnifsu l-parti l-kbira tas-servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri, jeskludi li l-operatur intern jordna t-twettiq tal-parti l-kbira ta’ dan is-servizz minn kumpannija li huwa għandu 2,5 % tal-ishma tagħha u li l-ishma l-oħra tagħha huma miżmuma direttament jew indirettament minn awtoritajiet kompetenti oħrajn?


( 1 ) Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70, ĠU 2007, L 315, p. 1.